Ilhna tal-Maltin fid-Dinja: X'Futur Hemm ghal Rabtiet ta' Kultura Hajja u Identità Etnika

Author: Prof. Henry Frendo (Professur ta' l-iStorja fl-Università ta' Malta)

Ftit wara l-wasla tieghi fl-Awstralja minn Papua New Guinea fl-1985, wara li qabel kont ghaddejt kwazi tlett snin fl-Egittu, din kienet il-mistoqsija li poggejt waqt tahdita li kont tajt lill-Maltese Literature Group fic-Centru Malta f'Parkville. Dak it-test ixxandar ftit wara fi tlett artikli fil-Maltese Herald li tohrog minn Sydney bil-hsieb li jqajjem kuxjenza dwar dan is-suggett profond u delikat. Qieghed nerga' nistaqsi l-istess llum, f'kuntest differenti, u nissugerixxi xi mezzi ta' ghajnuna jew ahjar ta' ajjut.

Min ghex fl-emigrazzjoni jew kien imsiefer ghal zmien pjuttost twil, specjalment imma mhux biss jekk twieled fil-Gzejjer Maltin, jaf x'jigifieri s-sentiment paradossali ta' appartenenza simultanea f'izjed minn post wiehed. Dik it-taghrixa fil-grizmejn li ma tehlisx minnha kif gieb u lahaq; dik il-harsa ohra, nebbiexa, intwittiva, emottiva, nostalgika, kultant mohbija, kultant espressa, imma b'xi mod dejjem hemm prezenti, inkwizittiva, perplessa, misterjuza, ghal-lest biex titkebbes bhal sulfarina mal-kubrit tal-kaxxa. Kif inhi din, li bl-universalità kollha li taghha wera ruhu kapaci l-bniedem tul is-sekoli, u llum forsi izjed minn qatt qabel, tibqa' dik il-kaxxa tal-kubrit go fik tirristringi u ssejjah il-parametri ta' l-esseri tieghek? Orfni li gie adottat kiber u sar adult; baqa' madankollu herqan ghall-konfort tal-genitur, jew almenu kurjus dwaru. Imma darba li nhallet il-komunità socjo-fizika, sa fejn il-genitur baqa' jaghraf u jaghder il-wild, jew il-wild jifhem u jixtieq lill-genitur? Fl-arrangament tas-separazzjoni l-genitur u t-tfal ikunu ntitolati li jaraw lil xulxin u jghaddu xi hin flimkien kull gimgha jew imqar darba fix-xahar. Fil-kaz tad-diaspora Maltija ma' l-erbat irjieh tad-dinja ghandna precett iehor: li uhud minn dawn "il-Maltin ta' barra" jiltaqghu mal-"Maltin ta' Malta" f'Malta darba kull tletin sena.

Jiena m'ghandi xejn ghajr tifhir ghall-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ghall-Kummissjoni Emigranti talli hadu l-inkarigu jlaqqghu konvenzjoni bhal din, almenu ta' uhud minn dawk ta' nisel Malti li ghadhom ihossu t-taghrixa nebbiexa tas-silta tan-nisel, tan-nazzjonalità originali. Izda kif nafu l-ewwel u l-ahhar darba li ssejhet laqgha bhal din, mill-Kummissjoni Emigranti, kien fl-1969, kwazi 31 sena ilu. Jien kont ghadni student fl-Università ta' Malta qieghed nispicca tezi dwar persunagg li kien miet eziljat fl-Egittu; niftakarha fuq fuq. Bhala studjuz zaghzugh ta' grajjet artna u niesna, l-interess tieghi fil-kontinwità u l-adattabilità tan-nazzjonalità Maltija fl-esteru tkebbes però minn konvenzjoni ohra, izjed akkademika, li kienet issejhet mill-Professur Ìuzè Aquilina fl-Università taghna fl-1972 dwar studji Arabo-Berberi fil-Mediterran. Ghaliha kienu attendew fost l-ohrajn skulari tal-kalibru ta' Fernand Braudel, Sabatino Moscati, Maxime Rodinson u ohrajn. Fosthom kien hemm zewg intellettwali "Francizi" ta' dixxendenza Maltija, Carmel Camilleri u Carmel Sammut, li pprezentaw indirizzi brillanti u ghalija stimulanti ferm dwar il-kommunitajiet Maltin fit-Tunezija u r-rapporti inter-kulturali u inter-etnici ta' dawn.1 Minn dak iz-zmine ukoll bdejt nikkorrispondi ma' Ivan Magri-Overend u abbonajt fin-newsletter ingagganti u istruttiva tieghu mahruga f'Londra b'radici fost eluf ta' Maltin li kienu l-Egittu u llum jinsabu mxerrdin fil-hames kontinenti. Dik il-habta wkoll kont dhalt membru ghal xi zmien fl-Association France Malte li topera minn Parigi – is-segretarju kien Pierre Dimech – u bdejt nuza l-ktieb tal-Professur Charles Price Malta and the Maltese ghal xi lectures li kont bdejt naghti.

Affaxxinani l-fatt li din Malta tant ckejkna u izolana, din il-"hobza u sardina", kienet ukoll tant mifruxa u anki rikka, moghnija b'ulied jew ex-ulied li kienu ghadhom b'xi mod jgharfuha u jhossuha bhala matrici ta' etnicità b'memorji, valuri u gosti rikonoxxibbli. Bhal nixxiegha mill-muntanja li ssir xmara u tghaddi minn pajjiz ghall-iehor sakemm tisbokka f'bahar usa', is-sejha Maltija bhall-ilsien u l-fidi kellha mill-ilmijiet li kienu grew u mxew, thalltu u tqallbu, qasmu l-oceani minn zmien il-kmandant navali Azopardo ta' l-Isla li twieled fl-1772 u sar mexxej ewlieni fil-glieda ghall-indipendenza ta' l-Argentina;2 sal-Imhallef Grima ta' Louisiana fejn ftit decennji warajh dan l-iben Karkariz fost il-klijenti tieghu bhala avukat fi New Orleans digà kellu ghadd ta' vegetable gardners Maltin; mill-Konti Preziosi li mmortalizza l-Orjent fuq it-tila f'Kostantinopli u llum tiltaqa' mieghu fil-muzewijiet minn Londra sa Bucharest; sal-patri gizwita Indri Schembri li f'Algeri fl-1846 welled wahda mill-isbah ghanjiet li jezistu: "Ninni, la tibkix izjed"; sa dak l-ikkalzrat u ex-kaptan ta' vapur imgharraq, Salvatore Diacono, li fl-1821 kiteb bit-Taljan lic-chaplain Kattoliku tas-settlers fi New South Wales sabiex dan ihenn ghalih u jmur jisma' l-qrara tieghu.3

L-impressjoni mfarfra li l-emigranti Maltin helsu mill-mizerja u malajr stghanew fl-ambjenti mbgheda hi wahda semplicistika u qarrieqa. L-istorja tghallimna li sew fuq ix-xtut tal-Mediterran u l-ibhra li jmissu mieghu, sew aktar 'il boghod f'Ameriki u fil-Pacifiku, sikwiet dawn batew minn tipi differenti ta' faqar u anki ta' mohqrija, sakemm bil-mod il-mod u b'perseveranza sikwiet ezemplari bdew isibu saqajhom u setghu irabbu lill-familji taghhom f'ambjenti tant differenti minn dawk li fihom huma kienu raw il-hajja u ntghagnu. Bhala epitomu ta' dan forsi nista' nsemmi l-kaz tal-Maltin hekk imsejha ta' New Kaledonja li f'nofs il-Gwerra l-Kbira, wara li bahhru u fl-ahhar waslu l-Awstralja, ma thallewx jisbarkaw mill-awtoritajiet.4 Il-faqar li sofrew minnu l-emigranti Maltin, bhal miljuni ta' emigranti ohrajn, kien ukoll wiehed edukattiv f'izjed minn sens wiehed. Dan il-faqar johorgu bil-qawwa Ìwann Mamo fis-satira qalila tieghu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika: dwar Maltin li sabu ruhhom hemm minghalihom li ghadhom fejn u mnejn kienu telqu, jghannu hafjin fit-toroq u jippruvaw bla wisq success jiznu, isejhu u jinterpretaw dak li bdew jaraw permezz ta' dak li kienu jafu u raw qabel, li ma kien xejn wisq. Huwa pathos li f'generu letterarju iehor seta' ssarraf fi dramm komiku-tragiku. Kien hemm ukoll, inevitabbilment, il-faqar tar-ruh, il-vojt li jigi minn dik xi haga li, kif jghid Pablo Neruda, m'hijiex ghal kollox int: lanqas l-istilel li tara bil-lejl ma jkunu tieghek. Mill-gdid ghandek il-paradoss ta' l-universali u l-kozmiku li donnu jappartjeni lil kulhadd ugwalment, imkejjel ma' l-individwali u l-partikolari li jmiss fuq kollox lilek biss: il-bejta tat-tiben fil-ventilatur. Ma ninsa qatt espressjoni li kien uza ziju ta' ommi li kien izzewweg Irlandiza fl-Istati Uniti u wara dam jghix f'Tipperary nofs seklu, meta zornih f'nofs is-snin sebghin. Kien ghalaq id-disghin sena. Qabel ma tlaqtu ghamel idu fuq spallti – dak iz-zmien kont residenti Oxford – u qalli: "My son, there is no place like home, even if it is a chink in the wall." Kien wahdu, kien xih, u miet hemm, irabbi l-Maltese terriers, itaffal u jlibbes il-pasturi ghall-presepji u jibni xi mudell ta' tren. Kliem memorabbli, perturbanti. Min irid ikun xaqq f'hajt? Min m'huwiex? Fix-xoghol kbir tieghu Le Chant de la Noria, Laurent Ropa, iben gardinar mix-Xaghra ta' Ghawdex li mar Bona, johrog din it-tensjoni nterna li ulied l-emigrant jibqghu jghixu maghha, b'sentimenti letterarji fini u milquta. Kif taghmel gnien minn dezert? Apparti z-zara' u x-xitel, trid hafna ilma, barmil wara l-iehor. Min telaq ta' fuqu senduqu jekk kellu giebja hallieha warajh.

Sfortunatament ftit hafna huma dawk fl-emigrazzjoni li kellhom l-opportunità u d-don li japprofondixxu l-gharfien, hsieb u sentiment, dwar l-gheruq taghhom u ta' misserijiethom b'mod li jittraxxendu l-htigiet l-izjed bazici tal-ghejxien. Ma setghux jartikolaw u jnaqqxu l-profili lanqas jibbenefikaw minn zviluppi fl-ewwel art taghhom li però ma kellhomx access ghalihom. Hadd ma jista' jaghti milli m'ghandux. Ìara li anki fejn ittaffa u ntgheleb il-faqar tal-guh, dak tar-ruh baqa' mxennaq. Kellek ukoll id-diskriminazzjoni anki razzista, u mhux biss fl-Afrika t'Isfel. Kellek l-iscapegoating; imma l-Maltin fl-Ingilterra ma kenux il-Messina Brothers jew kollha "rejiet ta' Soho".

Allahares ma kenitx il-Knisja Kattolika f'hafna kazi li serviet bhala refugju ghal erwieh mitlufa – mhux tant b'sens religjuz daqskemm f'dak spiritwali, mhux f'sens ta' indirizz fi triq imma ta' orjentament f'sistema ta' valuri. Il-knisja Kattolika anki fl-esteru offriet lill-Maltin liturgija cicklika familjari li seta' jinfilza fiha, jistrieh fuqha u jitwennes minnha, bi xbiha ta' identità ghalih. Fil-pajjizi Gharab jew Musulmani okkupati minn pajjizi Ewropej fix-xtut t'isfel u tal-Lvant tal-Mediterran, fejn bil-lingwa nattiva il-Maltin setghu igaghuha ghall-komunikazzjoni verbali, il-Kattolicezimu ippermettilhom espressjoni ta' identità distinta minn dik tal-pajjizi ospiti, anki jekk fl-istess hin iddistingwithom ukoll mix-xetticizmu u c-cinicizmu sekolari ta' min kien iqis lilu nnifsu bhala izjed evolut. Fil-pajjizi fejn kien mitkellem l-Ingliz u allura lanqas l-ilsien ma kien jippermetti li b'xi mod tindiehes u tinftiehem, il-Knisja Kattolika kienet l-istituzzjoni l-izjed identifikabbli, tangibbli bi presenza anki fizika permezz tal-knisja u s-sacerdot. Ir-religjon Kattolika Maltija u drawwiet tradizzjonarji assocjati maghha bhall-festa u l-banda, flimkien mal-gharfien baziku tal-Malti, xi tradizzjonjiet folkloristici, xi ricetta jew tifsila tas-sidrija, il-memorji ta' familjari u hbieb sikwiet sparixxuti, kienu jikkostitwixxu l-bagalja kulturali li ghexiren ta' eluf ta' Maltin u Ghawdxin salpaw biha.5 Minn hemm 'il quddiem riedu jaqdfu u jaqtghu bi snienhom. Bhal tant ohrajn minn sfondi etnici-lingwistici ferm ikbar, hafna ta' l-ewwel generazzjoni lanqas kienu jafu jaqraw jew jiktbu.

Biex tkompli, tul l-ahhar zewg sekli, kienu gejjin minn pajjiz ikkolonizzat – mahkum mhux biss militarment imma b'modi u metodi ohra izjed sottili u penetranti wkoll. Kellhom passaport Ingliz. Jista' jkun li dan hu fattur rifless fil-language retention pjuttost dghajfa fost il-komunitajiet Maltin imqabblin, nghidu ahna, mal-Griegi u t-Taljani, ghalkemm dak li jghodd ghall-Maltin fil-pajjizi "Anglo-Sassoni" ma jghoddx daqstant ghal dawk fil-bacir Mediterraneju.6 Hekk ukoll l-istorja ta' Malta u tal-Maltin ftit li xejn kienet parti mill-bagalja kulturali ta' dawn in-nies – f'kolonja ma kontx titghallem dwar nazzjon – u allura x'setghu mbaghad jghaddu lil uliedhom bhala affinità ta' passat li la tant kien maghruf u lanqas tant mifhum, wisq inqas artikolat jew stampat? Kienu semghu bil-Fenici, bl-Assedju, u wara bil-George Cross u l-boy scouts. In-nies ta' skola u l-professjonisti kienu ftit hafna, qabel zminijiet ferm izjed ricenti, ghalkemm nies tas-sengha, uhud minnhom imghallma fid-Dockyard School, zdiedu konsiderevolment u konsistement wara l-ahhar gwerra. Bhala regola generali ta' tipologija, izda, il-Maltin fl-emigrazzjoni x'aktarx li baqghu jitolbu u kultant jghannu; jitkellmu, isajru u jilbsu kif kienu jafu. Kienu dejjem minoranza zghira, tnehhi xi eccezzjonijiet f'xi perijodi. Imma bdew jinbidlu wkoll, u uliedhom izjed minnhom, ghax iz-zmien kattiv; ma jistenna lil hadd; il-fossili jigu estinti.

X'bastun kellha fuqhix tistrieh l-identità – ir-ruh – Maltija fl-emigrazzjoni? X'bastun ghandha llum? X'inhu l-amor proprju li tista' tinseg diaspora jekk din tibqa' identifikabbli, ittektek, thoss u tittrazmetti xi haga? Jekk dan is-sens ta' appartenenza, ta' wirt etniku-kulturali, se jilhaq jew jaqbez l-ewwel generazzjoni, jappella ghal generazzjonijiet izghar li jinsabu naturalment f'rapporti ma' peer groups ikbar, aktar intensi, anki aktar mghejjuna, f'kuntesti li ovvjament la huma u lanqas qatt jistghu ikunu attwalment Maltin? Kompitu difficli; u b'din ir-rata, nibza' li forsi kwazi mpossibbli fuq medda ta' ftit decennji ohra. Hasra, nahseb, jekk inhu hekk, ghaliex is-silta tan-nisel hi potenzjalment ghajn ta' gharfien mutwali, ta' taghlim u talenti, ta' ideat, esperjenzi u percessjonijiet varji dwar l-istess nazzjonalità parteggjata u l-evoluzzjoni taghha f'ambjenti ohra. Il-Malti ta' Tunes jew ta' Toronto ghall-Malti ta' Malta mhuwiex bhall-Malti ta' Malta ghall-Malti ta' Detroit jew tas-South Africa. Madankollu s'issa ghad hemm il-holoq li joffru skop u sinifikat li dik li hi wahda mill-izghar minoranzi fuq il-lizar dinji tan-nazzjonalitajiet. Dan ukoll ghandu l-prezz tieghu, kif ukoll il-pregju tieghu, jekk tabilhaqq jinteressana, jekk ghandna ghalfejn naghrfuh u nharsuh u fejn jixraq, ghaliex le, niftahru bih bhal haddiehor.7

Malta indipendenti ta' llum u ta' ghada m'hix dik ta' seklu ilu jew imqar ta' wara l-gwerra, lanqas dik tas-snin sebghin u tmenin. Malta nbidlet u qeghda tinbidel b'pass imghaggel ghaliex hi taghha f'taghha, hi entità organika, kooerenti, riproduttiva fl-ambjent nattiv, m'hijiex suggetta ghal dipendenza diretta fuq rieda ta' poter politiku jew grupp etniku ikbar u usa' fl-art ta' l-adozzjoni. Dak li kien jimmarka u baqa' jimmarka lil Malti fl-emigrazzjoni minghajr evoluzzjoni, minghajr sofistikazzjoni, b'kodici lingwistiku u kulturali ristrett, hu destinat li jispicca u jintemm. Il-mument ta' l-impatt, il-wasla bil-bagalja kulturali digà ristretta fl-art l-ohra, irid jirkupra u jsib lilu nnifsu, ilahhaq ma' process ta' cultivare se ipsum – kemm permezz tas-sintezi ma' l-ambjent il-gdid, kemm permezz ta' rapporti hajjin ma' l-art ta' l-origini.

Biex naraw x'jista' jsir, jekk ghandu jsir xi haga, halli nkejlu bir-riga taghna stess. Meta ltaqghet il-konvenzjoni ta' l-1969 x'kienu l-htigiet kif murija fir-rizoluzzjonijiet? Li jinhatru konsli fi stati Awstraljani fejn ma kienx hemm – illum hemm, u dwar dan jista' jitkellem il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin mhux tant "barranin". Ohra kienet biex il-Gvern Malti juza l-influwenza tieghu biex il-Maltin ma jingabrux bil-lieva jekk joggezzjonaw. Speci ta' eccezzjoni ghar-regola, minhabba l-kuxjenza. Li jissemmew xi toroq ghal emigranti Maltin li ghamlu isem. Li jsir monument bhala mafkar ta' l-emigrazzjoni Maltija. Dwar din ta' l-ahhar nahseb li Dar l-Emigrant digà hi monument, mnejn illum jigu mghejjuna wkoll ir-refugjati.

Biex il-wirt kulturali u etniku Malti fid-dinja jiehu n-nifs u jkompli jghix il-monument li ghandna bzonn illum, jekk se nsejhulu hekk, ghandu jiehu sura differenti. Certament ma jkunx wiehed tal-gebel jew tal-bronz. Lanqas ikun konvenzjoni ohra tletin sena ohra. U lanqas ikun xi serje televiziva ispirata minn injoranza jew superficjalità jekk mhux minn mottiv ulterjuri biex turi lil Malta f'inferjorità relattiva mal-pajjiz adottiv halli ssahhah il-lejaltà lejh; jew li sempliciment tippompja l-parrokkjalizmi maghluqa ta' l-ewwel generazzjoni li m'humiex qeghdin jintirtu mit-tieni wahda. Dan jaf ikun solliev nostalgiku imma jista' jkun problematiku fi processi ta' assimilazzjoni, integrazzjoni u mobbiltà. Biex il-kultura tikkompeti trid tkun mghonija mill-intelligenza u mill-professjonalità ghaliex l-ambjenti fejn ix-xandir jigi trasmess jafu jkunu hafna izjed esigenti: bil-kriterji tat-tieni u t-tielet generazzjoni ta' "Maltin" fl-emigrazzjoni. Trid tilhaq gwarnici mentali fuq ondi differenti ghalkemm relatati. Bl-umpappa u bl-"oh Mari" biss, noqtlu mhux insalvaw il-wirt u l-aspettattiva kulturali Maltija fl-esteru ghall-gejjieni.8

Il-verità hi li sal-lum m'hemmx focal point generali u espert b'mission statement u finanzji adegwati, ippluggjat u accessibbli, li jservi bhala sounding board, punt ta' skambji, umbrella ta' taghrif u kuntatt reciproku – dan ghal tant aspetti differenti li jsawru l-prizma tan-nazzjonalità u ta' l-identità ghal poplu u d-dixxendenti tieghu, jghixu fejn jghixu. L-importanza ta' l-ispazju naqset bil-mezzi tal-kommunikazzjoni u bil-globalizzazzjoni; fl-istess hin ix-xenqa ghar-rilevanza, ghall-intimità u ghall-wens ta' passat b'xi mod ipparteggjat, x'aktarx li kibret. Tintilifx hag'ohra.

Nisthajjel li hemm tlieta jew erba' saqajn li fuqhom toqghod il-borma ghas-sopravivenza ta' dak li hu jew kien Malti, forsi xi haga bhal dak li kellu f'mohhu Ropa meta ssuggerixxa Federazzjoni Maltija Universali. L-aspett tal-kuntatt u l-iskoperta permezz tar-ricerka, u d-diffusjoni taghha permezz tal-kitba, is-smiegh u l-awdjo-viziv, hu importantissmu. Apparti xi programmi ezistenti diretti pricipalment lejn l-Awstralja, fejn sar xi progress, hawnhekk nara skop ukoll ghall-Educational Broadcasting Unit fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni; tista' tinghata imbuttatura sinifikattiva. Qabel xejn, ninhtiegu l-kotba dwar artna, niesna u grajjietna f'usa' kuntesti possibbli, bi professjonalità li taghmel gieh u tattira r-rispett. Kotba wkoll dwar il-Maltin fl-artijiet ta' l-emigrazzjoni, u minnhom stess. Dawn huma riflessi vitali fuq il-prizma li jilluminaw u jippermettu sens ta' shubija. L-istudenti fis-seminars dwar Maltese Migration and Overseas Settlements li ili mmexxi issa ghal hdax-il sena fl-Università hawnhekk ikunu neqsin hafna minn ghejjun bhal dawn ghall-komponimenti ricerkati taghhom, u jiena stess l-ewwel wiehed. Dan is-seminar – u, ma ninsewx, il-librerija ta' l-Università u libreriji pubblici f'Malta u fi bliet ewlenin fejn kien hemm issetiljar ta' Maltin – huma ripozitorji indispensabbli. Jekk xi hadd f'Western Australia jew f'Vancouver jew f'Aix-en-Provence jew f'Palermo jsib jew jippublika xi haga li ghandha x'taqsam mal-migranti Maltin u l-ebda kopja ta' dan ix-xoghol ma tigi a konjizzjoni taghna, irregistrata permezz ta' despozitu f'librerija u preferibbilment ricensjoni f'gazzetta hawnhekk, ikun intilef mezz sublimi ghat-tkattir tal-holqa Maltija. Il-lingwa Maltija hu importanti li tigi mghallma, kif ghadha fl-Awstralja u l-Kanada specjalment, imma jekk tintilef din m'ghandux jinqata' l-fil tar-rabta.

Malta tibqa' l-matrici. Sa fejn naf jien, lanqas ghandna repositorju komprensiv migbur ghal tant publikazzjonijiet passati u prezenti, li kienu jew ghadhom johorgu hawn u f'bosta pajjizi ohra, hafna minnhom bil-Malti ghalkemm ippublikati barra, specjalment gazzetti u fuljetti. Dawn ghandhom jigu identifikati, migjuba, fotokopjati jew microfilmed, jigu kkatologati u jkunu facilment accessibbli f'arkivju lokalizzat, nghidu ahna fl-Università jew x'imkien iehor attrezzat. Hemm tant intervisti li taghhom jistghu jsiru u jigu editjati t-traskrizzjonijiet, imma trid il-hin u l-assistenza. L-istess ghal tezijiet li minn zmien ghal zmien jigu sottomessi f'universitajiet u kulleggi f'pajjizi differenti, mhux dejjem issir taf bihom jew issib irkaptu.

Fil-fehma tieghi, wiehed ghandu jahseb f'ghamla ta' seminarji rikorrenti fejn kelliema ta' kalibru jigu mistiedna jaghtu tahdidiet pubblici fost kommunitajiet Maltin fl-esteru, kif ukoll inkontri simili da parti ta' pensaturi, artisti, teknici u xjenzjati ta' dixxendenza Maltija li jzuru lill-Maltin ta' Malta f'Malta darba jew darbtejn fis-sena halli jinzamm ftit kuntatt u apprezzament haj. L-istandards ta' dawn sikwiet huma gholjin, kultant gholjin anke izjed minn dawk li mdorrijin bihom hawn. L-istess dwar external examiners meta jigu trattati suggetti "Maltin"; ghandu jkun hemm inter-azzjoni u skambji. Beda xi haga bejn Victoria fl-Awstralja u l-Università. Naturalment hemm il-hafna kuntatti li kellha u ghandha l-Kummissjoni Emigranti, anki permezz tal-missjonijiet li storikament, socjalment u religjozament huma element krucjali fil-prezenza Maltija fl-esteru. Hemm il-Ministeru li qieghed jippresjedi l-kumitat organizzattiv ta' din il-konvenzjoni, permezz ta' l-ambaxxati u l-konsolati f'tant pajjizi. X'inter-azzjoni hemm fit-tipologija imqar minuskola ta' cultural attache? X'tiswira organika tezisti ma' l-ambaxxati rapprezentati hawn stess, ta' Franza, ta' l-Italja, tar-Renju Unit, ta' l-Awstralja u l-bqija?

Zgur m'hemmx network multeplici, ensemble li jservi bhala katalista, fondazzjoni jew centru awtonomu b'budget, segretarjat ckejken immotivat u dirett tajjeb, jew imqar segretarja, b'mission statement li jispira ruhu almenu sa certu punt mid-diversi htigiet imsemmija jew implikati f'dan id-diskors u suggerimenti validi u anki kumplimentari ohra hergin minn din il-konvenzjoni storika. Ma nahsibx li Malta tista' taffordja li tikkontempla istituzzjonijiet bhad-Dante Alighieri jew l-Alliance Francaise, imma xi minjatura taghhom iva.

Il-libreriji huma essenzjali, u hawnhekk dik tac-Centru Malti f'Parkville, Victoria, u anki ta' La Valette Centre fi Blacktown, N.S.W. haqqhom kull inkoraggiment sabiex jigu ppatronizzati iktar minn Maltin tat-tieni u t-tielet generazzjoni. Ftit snin ilu kont Toronto in konnessjoni mal-Malta Expo fil-World Trade Centre u kelli s-sodisfazzjon nara l-konsolat Malti hemm jattrezza ruhu b'ghadd gmielu ta' kotba li kellna ghall-wiri minn djar editrici ewlenin bhall-Klabb Kotba Maltin, Midsea, Said International u ohrajn, xi haga salutari halli fil-konsolat ikollok almenu ftit mezzi ta' riferenza u gwida ghal min jistaqsi. Dawn relazzjonijiet pubblici ta' l-iprem kwalità. F'Toronto l-komunità Maltija sa ghandhom stazzjon televiziv grazzi ghall-politika multikulturali, ghad li l-kummenti dwar il-kwalità tieghu fost il-Maltin stess ivarjaw.

Meta sar il-ktieb Malta: Culture and Identity ftit snin ilu l-hsieb kien li dan iservi bhala gwida generali f'ambaxxati, konsolati u istituti kulturali dwar bosta aspetti ta' dak li hi Malta – identità nazzjonali, lingwa, letteratura, arkeologija, ligi, medicina, arkitettura, folklor, muzika, wirt naturali, arti, ekonomija, anki emigrazzjoni dahhalna fih, u kull kapitlu bil-biblijografija ghal min irid ifittex izjed. Nassumi li l-ambaxxati, il-konsolati, l-istituti kulturali u l-librerija kollha akkwistaw kopja tieghu ghax in parti ghalhekk sar. F'Melbourne qassamt xi nofs tuzzana jiena stess meta kont hemm sentejn ilu ghall-International Arts Festival.9

Ovvjament hemm htigiet ohrajn importanti – pastorali, politici, anki kummercjali u ekonomici. Ma' l-element biex insejjahlu hekk "universitarju-edukattiv", ghandu jkun hemm dak "pastorali-filantropiku", kif ukoll dak "governattiv-legislattiv" ghal inizjattiva bhal per ezempju l-liberalizzazzjoni tas-sitwazzjoni ezistenti dwar dual citizenship. Ikun sine qua non li istitut, centru jew fondazzjoni ta' din ix-xorta jkollha rapprezentanza mill-emigranti nfushom kif ukoll presenza fi bliet u forsi anki xi universitajiet, fejn l-izjed hemm xi interess ghal dan, inkluzi pajjizi ewropej bhal Franza fejn sorgew tant eluf ta' Maltin mill-Afrika ta' Fuq. Mijiet minnhom jigu Malta bhal turisti kull sena.

Din l-istituzzjoni gdida, jekk issib l-appogg dovut mill-Gvern u/jew mill-Università u/jew xi istituzzjoni jew intrapriza, ghandha tiehu hsieb ixxerred u tiehu konjizzjoni ta' xoghlijiet ta' ricerka, arti, komposizzjoni, kant, letteratura, u kwalunkwe talent denn li juri u jevoka l-genju Malti bhala esperjenza umana fiz-zmien: passat, prezent u futur. Min-naha tieghi modestament nghid li kull min jixtieq jaghmel kuntatt jew jippartecipa fis-seminars dwar Maltese Migration and Overseas Settlements, jew anki jindirizza xi wiehed minnhom dwar l-esperjenza migratorja u jiltaqa' ma' l-istudenti, merhba bih. L-istess inghid ghal kull min ghandu xi taghrif li jirrigwarda dan il-fenomenu ta' Malta lil hinn minnha u jixtieq li jghaddih lili ghas-seminar jew ghal-librerija tal-Melitensia fl-Università, anzi grazzi bil-quddiem. Bhalissa qeghda tigi diskussa l-possibiltà li tinhareg edizzjoni specjali tal-Journal of Mediterranean Studies dwar Maltese overseas settlements bit-tema Coping with difference f'kuntest x'aktarx storiku-socjologiku. Min hu nteressat jew jaf min jista' jkun interessat ghandu javvicinani. Kien minn public lectures organizzati mill-Maltese Historical Association of Australia fl-1987 u 1988 li hargu l-kotba ta' Romeo Cini dwar it-Tripolini u ta' Nick Chircop dwar Maltin ta' l-Egittu, li hemm eluf minnhom fl-Awstralja. Kif tafu, inizjattiva ohra li hsibna fiha hi dik ta' intervisti rrekordjati li qeghdin naghmlu permezz ta' stazzjon internazzjonali Malti ghal min hu interessat, u li se jigu pprizervati ghall-posterità. Dawn jixxandru principalment fuq ix-short wave u nistghu naghmluhom bl-Ingliz, bil-Franciz, bit-Taljan jew bil-Malti, skond il-htiega. Importanti li jkollna intervisti dwar kemm jista' jkun kommunitajiet u nhawi fejn hemm konnessjoni Maltija bhala xhieda li tibqa'.

L-interess irid ikun reciproku, inkella jigri kif gara f'Melbourne fl-1988/89 fejn korsijiet f'livell terzjarju f'Ethnic Studies u ta' Multicultural Studies fejn kien hemm komponent Malti definit jitwaqqfu minhabba nuqqas ta' interess, u minflokhom jinghataw korsijiet ghal etnitajiet ohrajn li numerikament huma ferm icken mill-Maltin hemmhekk però li kulturalment u intellettwalment huma iktar hajjin, kurjuzi, inkwizittivi, struwiti, intensi u motivati. Mill-banda l-ohra, jekk min ma baqax jghix f'Malta jithalla ghal riehu minghajr il-holqa u n-nisga proposti bhala link-ups u cultural supports, idealment tramite focal point li jkun multi-purpose u strutturat, personalment niddubita x'ezitu jkun hemm kieku kellha terga' tissejjah konvenzjoni ohra bhal din. L-emigrazzjoni Maltija bhala fenomenu tal-massa spiccat. It-tfal ta' l-emigranti ma jsibux izjed ma' min jitkellmu bil-Malti, jew imqar tfal ohra Maltin fl-akkwati taghhom. Tletin sena ohra, l-ilhna Maltin fid-dinja, 'l barra minn dawn ix-xtut, ikunu siktu. Ikun baqa' biss l-eku taghhom jidwi fil-boghod, bla tama li xi hadd jisimghu u jwiegbu. Grazzi.

(Ara l-artikoli annessi bhala appendici li jillustraw ahjar xi punti ndikati f'dan id-diskors.)

Noti

  1. Ara l-indirizzi moghtija fil-gabra ta' Mme D. R. Galley mahruga f'Algeri fl-1973 u fl-1978. Ara wkoll Patrice Sanguy, "Remembering Carmel Camilleri (1922–97)", The Sunday Times (of Malta), Valletta, 19 July 1998.
  2. Ara John A. Mizzi, "Maltese was first head of Argentine Navy", The Sunday Times (of Malta), 27 June 1999.
  3. Ara l-indirizz moghti minn Mark Caruana lill-Maltese Historical Association of Australia kif irrapurtat minn Albert Agius, "Migrant's Letter in 1821", The Times (of Malta), 24 Sept. 1988 (Kopja mehmuza bhal Appendici 1 ma' dan l-iskritt).
  4. Isimghu l-ballata kommoventi taghhom f'forma ta' ghanja kantata bil-Malti fuq il-kitarra, li saret minn grupp fi New South Wales xi snin ilu.
  5. Apparti t-triologija komprensiva ta' Patri Lawrence Attard dwar l-istorja ta' l-emigrazzjoni u l-biblijografiji taghha, ara ez. H. Frendo, "Storja u Gharfien: il-Maltin min huma?", f'Toni Cortis (Ed), L-Identità ta' Malta (Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Valletta, 1989); "Religion and Ethnic identity in the Maltese Australian Community", f'Abe Ata (Ed), Religion and Ethnic Identity: An Australian Study (Spectrum, Melbourne, 1988); "Language and Nationhood in the Maltese Experience; Some Comparative and Theoretical Approaches", f'Collegium Melitense Quatercentenary Celebrations, 1592–1992, migbur minn R. Ellul Micallef u S. Fiorini (Univ. ta' Malta, 1992); "Australia's Maltese Language Press", f'Abe Ata u Colin Ryan, The Ethnic Press in Australia (Academia, Melbourne, 1989); "The Condition of Malta after 1945" f'James Jupp (Ed), The Australian People. An Encyclopedia of the Nation, its People and their Origins (Australian National Univ., Canberra, 1988); u chap. 13 dwar l-emigrazzjoni fis-snin hamsin u sittin f'Part II ta' The Origins of Maltese Statehood. A Case Study of Decolonization in theMediterranean (Malta, 1999, 2nd ed., 2000).
  6. Dwar dan l-aspett b'riferenza specjalment ghall-Awstralja ara l-ktieb ricenti ta' Maurice Cauchi, The Maltese Migrant Experience (Malta, 1999), u kitbiet ohra tieghu fejn jaccenna ghal studji li saru.
  7. Ara ez. H. Frendo, "Maltese overseas: problems and prospects", The Sunday Times (of Malta), 29 Jan. 1989; u " ‘Maltin ta' Tunes' between the wars" (intervista ma' Edgar Pisani), ibid., 26 Nov. 1995, mehmuza bhal Appendici 2 u 3 ma' dan l-iskritt.
  8. Ara l-ittra datata 7 ta' Mejju 1988 indirizzata minn 14-il resident Malti f'Melbourne lill-gazzetta ta' kuljum The Age, bi kritika ghas-serje televiziva trasmessa fuq l-SBS TV intitolata "The Maltese Connection". Din l-ittra, li ma xxandritx minn The Age, qeghda tigi annessa bhala Appendici 4 ma' dan l-iskritt.
  9. Ara H. Frendo u O. Friggieri, Malta: Culture and Identity (Ministry for Youth and the Arts, Malta, 1994, pp. 272, illus.).

Appendici 1

a.w.

Appendici 2

a.w.

Appendici 3

a.w.

Appendici 4

a.w.


top-of-pageprevioustopic-indexnext Email-A-Page

 

   
 

 
 
We need your support to continue working on this site. Help us.
Text and pictures (c) 2001-2017 Malta Emigration Museum and/or its contributors.
 
 

Consultancy, hosting, programming and technical assistance provided by A6iT.